VIŻJONI POLITIKA
Illum qegħdin f’mument importanti ħafna għall-pajjiżna. Nemmen li Malta għandha potenzjal enormi u li flimkien nistgħu nibnu futur aħjar għal kulħadd. Pajjiżna dejjem irnexxa meta kien immexxi b’viżjoni ċara, b’serjetà u bi twemmin fil-kapaċitajiet tal-Maltin u l-Għawdxin.
Iżda ma nistgħux ninjoraw ir-realtajiet li qed jaffettwaw il-ħajja tan-nies ta’ kuljum: l-ambjent, it-traffiku, l-għoli tal-ħajja, il-pressjoni fuq l-isptarijiet, il-problemi tal-akkomodazzjoni u ż-żgħażagħ li qed jitilfu t-tama f’futur f’pajjiżhom. Dawn huma sfidi reali li jeħtieġu tmexxija serja u kuraġġuża.
Jien nemmen f’Malta fejn il-kwalità tal-ħajja tiġi l-ewwel, fejn it-tkabbir ekonomiku jilħaq lil kulħadd u fejn jinbnew komunitajiet aktar b’saħħithom. Irrid Gvern li jirrispetta lin-nies, li jaħdem għalik u li jagħtik dinjità, mhux dipendenza.
Dan mhux mument ta’ partit biss, iżda mument ta’ pajjiż. Flimkien irridu nagħtu nifs ġdid lil Malta u Għawdex, billi nżommu dak li hu tajjeb u nirrangaw dak li mhux qed jaħdem. B’għaqda, kompetenza u determinazzjoni, nistgħu niktbu kapitlu ġdid ta’ suċċess għall-pajjiż tagħna.
